Il-Komunità tal-Imsida Tgawdi Pjazza Ġdida fil-Qalba tal-Lokalità

Ir-residenti tal-Imsida qed igawdu minn pjazza ġdida u moderna wara li tlestew fil-ħin ix-xogħlijiet relatati mal-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qalba tal-lokalità. Dan wassal biex il-komunità setgħet tiċċelebra l-festa tagħha mingħajr tfixkil, filwaqt li tgawdi spazju pubbliku mtejjeb u aktar adattat għall-bżonnijiet tal-lum. B’sodisfazzjon ġie nnutat li l-iskadenzi kollha marbuta mat-twettiq tal-pjazza nżammu b’mod effiċjenti, sabiex il-festa…

Titjib fit-toroq madwar Malta b’elf intervent f’sentejn

Tlesta programm estensiv ta’ xogħlijiet fuq it-toroq madwar Malta matul l-aħħar sentejn, b’madwar elf intervent imwettqa minn Infrastructure Malta. Dan sar bħala parti minn sforz kontinwu biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-pajjiż u titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Ix-xogħlijiet kienu jvarjaw minn proġetti kbar fejn toroq inbnew mill-ġdid kompletament, sa xogħlijiet ta’ manutenzjoni u resurfacing. Fl-istess ħin, saru…