Investiment f’erba’ proġetti li jsaħħu l-innovazzjoni fl-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tielet minn sitt avvenimenti tematiċi li se jsiru matul din is-sena b’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta. Wara żewġ diskussjonijiet li ntlaqgħu tajjeb, din id-darba l-avveniment iffoka fuq l-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali, żewġ oqsma li qed imexxu bidla importanti fid-dinja tal-lum. Din is-sensiela ta’ laqgħat se tkompli fix-xhur li…

Appoġġ qawwi lir-riċerkaturi Maltin li qed imexxu l-innovazzjoni fis-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tieni minn sensiela ta’ ħames avvenimenti tematiċi, f’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta. Dan l-avveniment, iddedikat għas-settur tal-Istil ta’ Ħajja u l-Esperjenza, offra spazju fejn ġiet murija kif ir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta qed isaħħu l-ekonomija u jtejbu l-mod kif ngħixu ta’ kuljum. Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u…

“Irridu Futur Aħjar Għal Uliedna U L-Innovazzjoni Hija L-Aqwa Għodda Biex Naslu” – Owen Bonnici

F’Malta inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf Ministeru ġdid iddedikat għar-riċerka, innovazzjoni u l-istrateġija ta’ wara l-Covid. Ministeru ġdid li se jkun storiku fid-deċiżjonijiet u l-ideat innovattivi li se jixpruna fis-soċjetà Maltija. Dr. Owen Bonnici huwa l-Ministru f’dan is-settur li qed jaħdem bis-sħiħ biex tibda ddur ir-rota kif ferm meħtieġ, f’dan il-qasam.  Huwa Ministeru importanti mhux biss…