Il-Partit Tal-Ġakbini (Jacobins) Kien Għen Fl-Invażjoni Tal-Franċiżi F’Malta…

Smajna dwarha dawn il-jiem. Inxtrat ittra għas-somma ta’ €60,000 minn fondi nazzjonali u bħalissa tinsab fi triqtha lejn Malta. Liam Gauci (il-kuratur tal-Mużew Marittimu) qal li f’din l-ittra, nosservaw l-istil militari ta’ Napuljun Bonaparti qabel il-kampanja tiegħu fl-Eġittu. Ftit sfond storiku: Matul it-tmexxija ta’ Malta mill-Ordni ta’ San Ġwann, kien hemm bħal għidut li malli…