Il-Komunità tal-Imsida Tgawdi Pjazza Ġdida fil-Qalba tal-Lokalità
Ir-residenti tal-Imsida qed igawdu minn pjazza ġdida u moderna wara li tlestew fil-ħin ix-xogħlijiet relatati mal-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qalba tal-lokalità. Dan wassal biex il-komunità setgħet tiċċelebra l-festa tagħha mingħajr tfixkil, filwaqt li tgawdi spazju pubbliku mtejjeb u aktar adattat għall-bżonnijiet tal-lum. B’sodisfazzjon ġie nnutat li l-iskadenzi kollha marbuta mat-twettiq tal-pjazza nżammu b’mod effiċjenti, sabiex il-festa…

