Malta għall-ewwel darba, finalista mal-aqwa 12 fil-Miss Universe

Malta għall-ewwel darba waslet fost il-12-il finalista fil-konkors internazzjonali tas-sbuħija Miss Universe. Ir-rappreżentanta Maltija, Julia Ann Cluett, kienet ukoll l-unika Ewropea li laħqet dan l-istadju fl-edizzjoni ta’ din is-sena li qed issir f’Puerto Rico. Din is-sena ħadu sehem 120 pajjiż fit-75 edizzjoni ta’ Miss Universe. Awguri Julia Ann Cluett.   Ritratt: Julia Ann Cluett/ Facebook