Imfakkar Jum it-Tifkira
Ilbieraħ, il-Ħadd 9 ta’ Novembru 2025, ġie mfakkar Jum it-Tifkira — jum iddedikat lill-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija. Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, organizza ċelebrazzjoni kommemorattiva li bdiet b’quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-9:30 ta’ filgħodu. Il-quddiesa, li kienet iċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, tixxandret ukoll dirett fuq TVM.…
