Inkomplu ninvestu fil-festa Maltija: Skema ġdida ta’ għajnuna fuq self bankarju għall-każini tal-banda
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, nieda skema ġdida li tnaqqas l-ispiża tas-self bankarju għas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin. Bl-allokazzjoni ta’ €280,000, din l-iskema għandha l-għan li tgħin lill-każini jagħmlu r-rinnovazzjonijiet u l-proġetti meħtieġa biex isaħħu l-faċilitajiet tagħhom u r-rwol tagħhom fil-komunità. Permezz tal-iskema, każin li jieħu self mingħand…
