Il-Ministru Bonnici jżur is-sett tal-produzzjoni internazzjonali La Comtesse de Monte-Cristo li qed jinġibed f’Malta
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, żar is-sett tal-produzzjoni televiżiva Franċiża La Comtesse de Monte-Cristo, li bħalissa qed tinħadem f’Malta. Din il-produzzjoni ta’ livell għoli tikkonsisti f’tmien episodji ta’ 52 minuta u ilha tinġibed f’pajjiżna għal dawn l-aħħar tliet xhur. Matul iż-żjara, il-Ministru u l-Kummissarju ltaqgħu mal-produtturi, id-direttur,…
