Minkejja S-Sitwazzjoni, Xorta Ramaw Ir-Raħal Għall-Festa Tal-Lunzjata

Kieku mil-lum tibda l-festa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien. Iżda minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19, ilkoll nafu li din is-sena l-festi esterni ġew imħassra. Il-Festa tal-Lunzjata f’Ħal Tarxien kellha tiġi ċċelebrata fl-24 ta’ Mejju. Madanakollu, id-dilettanti Tarxiniżi ppruvaw iżommu l-ispirtu tal-festa u anke l-moral għoli billi ramaw xi armar mat-toroq tar-raħal sabiħ ta’ Ħal Tarxien.  …