Il-Lingwa tal-Midja – Jittella’ Forum tal-Ġurnalisti mid-Direttorat tal-Kultura – Malta Festival of Ideas 2025

Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel attività mill-Malta Festival of Ideas 2025 mid-Direttorat għall-Kultura li kkonsistiet f’Forum tal-Ġurnalisti. Il-Forum tal-Ġurnalisti indirizza l-irwol tal-lingwa u tal-midja fil-promozzjoni tal-possibbiltajiet għall-paċi fejn b’panel magħmul minn Giulia Magri (Times of Malta), Semira Abbas Shalan (The Malta Independent) u Wayne Flask (Attivist) kienu l-kelliema prinċipali, u l-ġurnalist Karl Azzopardi (Malta Today) bħala moderatur.…