Żomm Djarju Ta’ X’Qed Jiġri Kuljum Waqt COVID-19

Uliedek għad jaqraw fuq dak li għaddejjin minnu bħalissa!   Idea brillanti mill-arkivji nazzjonali ta’ Malta fejn qed iħeġġu lill-pubbliku biex iżomm djarju ta’ dak kollu li għaddejjin minnu bħalissa fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19. Dan biex ‘il quddiem, ħaddieħor ikun jaf x’ġara f’dan iż-żmien. Fil-fatt, kull ġurnata ta’ ħajjitna hija storja u kultant qas nintebħu…