Jekk Tarmi Ż-Żibel Barra Tkun Qed Taġixxi Ta’ Żibel Inti Stess!

X’jiġifieri tarmi barra? Mela barra l-miżbla tiegħek?! Kif ma tgħajjewx taraw il-ħmieġ madwarkom? Imxejna ‘il quddiem imma fadal triq twila… u dawk il-ftit li fadal itappnu l-progress ta’ ħafna. Mela llum temmen li għadek issib nies jarmulek ‘fridge’ ġol-baħar? Jew skart bl-addoċċ bħal donnu ma jifilħux iċemplu kunsill u jieħdu paċenzja jistennew sakemm jiġu jiġbrulhom…

Jiżdiedu L-Multi Għal Min Jarmi Skart FIl-Kampanja U L-Widien

Dalgħodu tħabbret żieda fil-multi għal min jarmi skart fil-kampanja u widien. Aħbar tajba għal min għandu għal qalbu l-ambjent, u għandha tkun aħbar tajba għalina lkoll għaliex wara kollox, il-ħmieġ, ħmieġ iġib. F’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li hija wkoll responsabbli mill-maġġoranza tal-widien, sostniet li f’5 snin, inġabru mal-43,007 tunnellata…