Il-Komunità tal-Imsida Tgawdi Pjazza Ġdida fil-Qalba tal-Lokalità

Ir-residenti tal-Imsida qed igawdu minn pjazza ġdida u moderna wara li tlestew fil-ħin ix-xogħlijiet relatati mal-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qalba tal-lokalità. Dan wassal biex il-komunità setgħet tiċċelebra l-festa tagħha mingħajr tfixkil, filwaqt li tgawdi spazju pubbliku mtejjeb u aktar adattat għall-bżonnijiet tal-lum. B’sodisfazzjon ġie nnutat li l-iskadenzi kollha marbuta mat-twettiq tal-pjazza nżammu b’mod effiċjenti, sabiex il-festa…

Pjazza Ġdida u Aktar Moderna għall-Komunità ta’ Ħal Tarxien

Ġiet inawgurata uffiċjalment il-pjazza prinċipali ta’ Ħal Tarxien wara proġett estensiv ta’ tisbiħ u modernizzazzjoni li ta ħajja ġdida lill-qalba tal-lokalità. Dan il-proġett, imwettaq mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, kellu l-għan li joħloq spazju aktar sabiħ, sigur u aċċessibbli għar-residenti u għal dawk kollha li jżuru r-raħal. Ix-xogħol kien jinkludi pavimentar ġdid madwar il-pjazza,…