Il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, bdiet żjara uffiċjali f’Londra u fi Strasburgu.
Kmieni dalgħodu, il-President telqet lejn Londra fejn se żżur diversi sptarijiet li jilqgħu pazjenti Maltin għall-kura tal-kanċer u mard ieħor, fosthom ir-Royal Marsden Sutton Hospital, il-Great Ormond Street Hospital u s-St. Bartholomew’s Hospital. Matul iż-żjara, se tiltaqa’ mas-Sorijiet Franġiskani li jassistu lill-pazjenti Maltin, kif ukoll mar-rappreżentanti ta’ Puttinu Cares. Il-President se tattendi wkoll quddiesa flimkien…

