Rispons għall-effetti taċ-ċiklun – Stqarrija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni
Dalgħodu tlaqqa’ l-ogħla forum tal-amministrazzjoni pubblika fejn ġew diskussi l-prijoritajiet tal-amministrazzjoni bħala rispons għall-effetti taċ-ċiklun li laqat lil pajjiżna lbieraħ. Għal dan il-forum, li tmexxa mill-Kap tas-Servizz Pubbliku s-Sur Tony Sultana, attendew is-segretarji permanenti ta’ kull ministeru u ġie mtenni li l-ewwel prijorità f’dan l-istadju hija li jitneħħew fejn hu possibbli l-perikli kollha li ġab…
