Pajjiżi kostali msejħa jaħdmu flimkien kontra x-shadow fleet tar-Russja
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, appella biex Malta u pajjiżi kostali oħra jkomplu jsaħħu l-ħidma tagħhom kontra l-hekk imsejħa shadow fleet tar-Russja, sabiex is-sanzjonijiet internazzjonali jitwettqu b’mod effettiv. Dr Borg kien qed jindirizza l-Konferenza Annwali tal-Bord ta’ Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet fil-Belt Valletta, fejn saħaq fuq l-importanza ta’ infurzar koordinat…
