Araw Il-Mosta Kif Ma Timmaġinawhiex Illum!

Ritratt mill-isbaħ li ttella’ minn Frank Salt Real Estate juri l-ġenb tal-Knisja tal-Mosta u l-imkejjen fejn illum hemm iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-madwar f’dehra differenti mmens minn dik li nafu llum. Ir-ritratt ittieħed fl-1962; sentejn qabel Malta saret Indipendenti. Innutaw il-karozzi tal-linja, il-vetturi bl-istil ta’ żmienhom, il-bankini, u l-ftit nies li hemm. Min jaf min kienu…