Simbolu Storiku ta’ Santa Venera Restawrat b’Suċċess mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi
Is-salib storiku ta’ Santa Venera ngħata ħajja ġdida wara li tlestew xogħlijiet estensivi ta’ restawr mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, f’inizjattiva li tkompli ssaħħaħ il-ħarsien tal-patrimonju storiku u kulturali tal-lokalità. L-inawgurazzjoni tar-restawr saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, Alison Zerafa Civelli, u s-Sindku ta’ Santa Venera, Gianluca Falzon, li flimkien enfasizzaw l-importanza li monumenti storiċi…
