Il-Kunsill Malti għall-Arti jniedi l-installazzjoni l-ġdida fis-sensiela Retold – Burning Waters: Diplomazija Astuta
Il-wirja se tkun esebita fil-Victor Pasmore Gallery sal-3 ta’ Jannar Taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għall-Arti nieda l-kapitlu l-ġdid tas-sensiela Retold, li tfakkar l-għaxar anniversarju tal-Kunsill. Wara suċċess tas-serje aktar kmieni din is-sena, issa qed tkun ippreżentata f’Malta adattazzjoni ta’ wieħed mill-aktar proġetti rikonoxxuti tal-Venice Biennale: Burning Waters – Diplomazija…
