Is-Sliema Arts Festival 2026 jerġa’ jagħti l-ħajja lit-toroq tal-lokalità permezz tal-arti u l-kultura
Bejn is-17 u d-19 ta’ Lulju, Tas-Sliema qed tilqa’ edizzjoni oħra tal-Is-Sliema Arts Festival, avveniment li matul is-snin stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-appuntamenti kulturali ewlenin fil-kalendarju Malti. Organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, il-festival joffri programm mimli attivitajiet li jinkludu arti fit-toroq, murals, wirjiet ta’ pittura, mużika, żfin, workshops…
