Ftehim ġdid biex jissaħħaħ l-appoġġ lin-negozji tal-familja
Servizzi Ewropej f’Malta u l-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni li għandu l-għan li jtejjeb l-appoġġ mogħti lin-negozji tal-familja, speċjalment fejn jidħol l-aċċess għal fondi Ewropej u informazzjoni dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea. L-iffirmar sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, li enfasizza kemm in-negozji tal-familja huma kruċjali għall-ekonomija Maltija.…

