Restawr tal-pitturi tal-Via Sagra fin-Naxxar b’finanzjament Ewropew
Fil-jiem li ġejjin se jibdew ix-xogħlijiet ta’ konservazzjoni u restawr ta’ ħames pitturi storiċi tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, hekk kif il-proġett se jkun sostnut permezz ta’ fondi Ewropej. Il-Ministru kien akkumpanjat minn rappreżentanti tal-GAL Majjistral u tal-Għaqda Kulturali Wirt…
