Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur spazjali permezz tal-ESA Industry Days 2026
Xjenza Malta ospitat l-ESA Industry Days 2026 bejn it-22 u l-24 ta’ April, f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dan l-avveniment ġabar flimkien diversi atturi ewlenin biex jissaħħu r-relazzjonijiet internazzjonali u jinbnew sħubijiet ġodda fis-settur spazjali Ewropew. Il-konferenza prinċipali saret bejn it-23 u l-24 ta’ April fil-The Phoenicia Malta, u laqqgħet delegazzjonijiet minn aktar minn disa’ pajjiżi…


