ŻiguŻajg, il-festival ewlieni għat-tfal u ż-żgħażagħ, qed jerġa’ jittella’ wkoll f’Għawdex għal sena oħra.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar l-aħħar preparamenti tal-Festival tal-Arti ŻiguŻajg li din is-sena qed jittella’ kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta. Dan il-festival ta’ kreattività u ispirazzjoni qed jiċċelebra l-15-il edizzjoni tiegħu, u f’dawn is-snin sar appuntamenti importanti fil-kalendarju kulturali tal-familji Maltin u Għawdxin. Ix-xogħol konsistenti tul dan il-vjaġġ wassal biex illum niċċelebraw…

Jingħata l-bidu għall-15-il edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg

Ingħatat il-bidu għall-15-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Arti ŻiguŻajg għat-tfal u ż-żgħażagħ, li matul ġranet li ġejjin se jħaddan il-Belt Valletta, il-Birgu u Għawdex b’diversi attivitajiet artistiċi sal-23 ta’ Novembru 2025. Għal għaxart ijiem sħaħ, dawn il-lokalitajiet se jieħdu l-ħajja permezz ta’ teatru, mużika, żfin, films, puppets u esperjenzi interattivi maħduma apposta għal udjenzi żgħar u…

ŻiguŻajg jirritorna — il-Festival Malti tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ jidħol fil-15-il sena tiegħu!

Din is-sena, bejn l-14 u t-23 ta’ Novembru 2025, il-Belt Valletta, l-Birgu u Għawdex se jixegħlu bil-kreattività, l-immaġinazzjoni u l-ferħ li dejjem jġib miegħu dan il-festival tant maħbub. Matul dawn il-ħmistax-il sena, ŻiguŻajg sar parti essenzjali mill-kalendarju kulturali ta’ Malta, u joffri produzzjonijiet ta’ livell għoli maħluqa apposta għat-tfal, liż-żgħażagħ u lill-familji. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali,…