Restawrat il-kwadru storiku ta’ Favray f’Casa Manresa fl-okkażjoni tal-275 anniversarju

Il-kwadru titulari tal-kappella ddedikata lill-Madonna ta’ Manresa f’Casa Manresa, il-Furjana, li kien impitter mill-artist rinomat Antoine Favray, ġie restawrat fl-okkażjoni tal-275 anniversarju mill-ftuħ u t-tberik uffiċjali ta’ din il-binja storika. Ix-xogħol ta’ restawr sar matul l-aħħar sena mill-konservatriċi Amy Sciberras flimkien mat-tim tagħha. Il-pittura turi lil San Injazju ta’ Loyola waqt li qed jikteb “L-Eżerċizzi…

Pittura Mmermra Attribwita Lil Francesco Zahra Salvata Milli Tintilef

Pittura allegorika attribwita lil Francesco Zahra, li tiddekora s-saqaf tal-Kappella ta’ San Kalċedonju, fil-Kurja tal-Arċisqof (Casa Manresa) fil-Furjana, kienet qrib li tintilef kompletament minħabba l-ħsarat estensivi li din kellha. Amy Sciberras u t-tim tagħha ġew fdati b’dan il-proġett diffiċli ta’ konservazzjoni u restawr. Din is-sitwazzjoni kienet titlob trattamenti ta’ emerġenza li kellhom isiru fuq il-post,…