4 Pitturi Ta’ Rocco Buhagiar Fil-Bażilika Sengleana Rrestawrati
Saret opra tajba mal-arti fl-Isla fejn sar konservazzjoni u restawr ta’ 4 pitturi li jinsabu fis-Sagristija Maġġuri tal-Bażilika tal-Belt Senglea. Dawn huma xogħol il-pittur Rocco Buhagiar. Ir-restawr sar mid-ditta Prevarti b’kollaborazzjoni fejn il-Fondazzjoni tal-Kottonera u l-‘Good Causes Fund’ kif ukoll minn benefatturi Sengleani stess. Bis-saħħa ta’ ġesti bħal dawn, l-istorja u l-wirt artistiku ma jintilifx. Prosit…