Reġjun Tramuntana Jorganizza Laqgħa Ġenerali Annwali, Tnedija ta’ Ktieb u Bolla Kommemorattiva

Ir-Reġjun Tramuntana organizza attività speċjali fil-Lukanda DoubleTree by Hilton Malta f’Buġibba li laqqgħet flimkien rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, entitajiet pubiċi, mistednin distinti u membri tal-komunità. L-attività inkludiet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tar-Reġjun, it-tnedija ta’ pubblikazzjoni ġdida u l-ħruġ ta’ bolla kommemorattiva ddedikata lill-wirt u l-identità tar-reġjun. Il-programm beda b’laqgħa uffiċjali tal-Kunsill Reġjonali fejn ġew diskussi diversi punti…

Il-Kummissarju Għoli Malti f’Żjara Uffiċjali fin-Namibja

L-Eċċellenza Tiegħu Clifford Galea Vella, Kummissarju Għoli ta’ Malta għan-Namibja, jinsab fin-Namibja għal diversi laqgħat bil-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-zewġ pajjiżi. Galea Vella ltaqa’ man-Namibian Investment Promotion & Development Board (NIPDB) sabiex ikunu esplorati toroq ġodda ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Matul il-laqgħa ġew identifikati diversi oqsma b’potenzjal għoli ta’ kollaborazzjoni, b’mod…