Chris Fearne maħtur biex imexxi l-Commonwealth Ministerial Action Group

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne ġie appuntat bħala Chair tal-Commonwealth Ministerial Action Group (CMAG), il-korp ewlieni tal-Commonwealth li jsegwi l-osservanza tal-valuri demokratiċi, is-saltna tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi membri. F’dan ir-rwol, il-Ministru Fearne ppresieda t-73 laqgħa tas-CMAG, li matulha ġew analizzati diversi żviluppi politiċi f’numru ta’ Stati Membri tal-Commonwealth.…

“F’dinja ekonomika inċerta, irridu nkunu mħejjija” – Dr Ian Borg f’summit tal-Commonwealth

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg enfasizza kemm hu importanti li l-pajjiżi jkunu ppreparati u reżiljenti quddiem il-bidliet ekonomiċi globali, waqt li kien qed jindirizza summit dwar il-kummerċ tal-Commonwealth of Nations f’London. Huwa sostna li s-sistema kummerċjali globali diġà qed tinbidel, u li l-isfida issa hi li jinbena mudell ġdid…