Jum Li Se Jibqa’ Mfakkar Fl-Istorja – Jasal Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19

Illum 26 ta’ Diċembru 2020 wasal f’Malta l-vaċċin kontra l-coronavirus li biddel is-sena 2020 f’waħda mimlija restrizzjonijiet u anke mwiet. Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne laqgħu l-ewwel 10,000 vaċċin kontra dan il-virus fejn minn għada jibdew jitlaqqmu l-ewwel nies. Awguri lil kulħadd!

Se Niżbaljaw Jekk Naħsbu Li Għadda Kollox U Jiddispjaċina Bil-Kbir!

Nissaportu ftit ieħor!    F’Konferenza aktar kmieni llum, mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ġie kkonfermat li qabel kollox jirritorna għan-normal irid ikun hemm konsistenza fit-tnaqqis tal-każi tal-Covid-19. Dan japplika wkoll għal tnaqqis ta’ miżuri li ttieħdu fosthom il-ftuħ tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Jidher ukoll li l-mizuri ta’ prekawzzjoni ser jibqgħu jgħoddu sakemm anke jinstab vaċċin…

Tinkiteb parti gdida fl-istorja ta Malta fl-2020

Il-coronvirus…irnexxielu jwaqqaf id-dinja. Miegħu waqqaf ukoll bosta avvenimenti kulturali u soċjali li n-nies jistennew minn żmien għall-ieħor. Intant tħabbar permezz ta’ digriet tal-Knisja Kattolika maħruġ mill-Vatikan, li kull manifestazzjoni pubblika; kemm għad-Duluri u anke għall-Ġimgħa l-Kbira inkluż dik ta’ Kristu Rrxoxt qed jiġu mħassra. L-istess digriet jissuġerixxi li l-purċissjonijiet jistgħu jsiru fit-tieni nofs ta’ Settembru…