Malta Tibqa’ Stabbli u Sigura: Il-Prim Ministru jassigura li l-Familji jibqgħu l-Prijorità Ewlenija quddiem l-Isfidi Internazzjonali

“Iffukati biex inżommu l-istabbiltà u nsaħħu Malta bħala pajjiż sigur, bil-prijorità ewlenija tibqa’ dik li ntejbu u nneħħu l-piżijiet minn fuq il-familji” – hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa li saret dwar l-aħħar żviluppi internazzjonali. F’din il-laqgħa, li saret fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru spjega li l-Gvern se jkompli jaħdem biex jiżgura ċertezza…

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiftaħ is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, fetaħ is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta. Huwa ħabbar skema ġdida ta’ Working Holiday għaż-żgħażagħ ta’ dixxendenza Maltija, li se toffri opportunità biex iżuru Malta għal esperjenza ta’ xogħol jew studju filwaqt li jiskopru mill-qrib l-għeruq u l-identità Maltija tagħhom.…

Deputat Prim Ministru Dr Ian Borg

Malta ssaħħaħ il-paċi, l-ugwaljanza u l-kooperazzjoni waqt l-UNGA 80

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, qed jirrappreżenta lil Malta f’għadd ta’ laqgħat u impenji ta’ livell għoli fit-80 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York. Permezz ta’ dawn l-interventi, Malta qed terġa’ tikkonferma l-impenn tagħha favur il-paċi, l-ugwaljanza u l-kooperazzjoni multilaterali. Borg qal li din il-ġimgħa hi l-aktar…

Ir-Relazzjonijiet bejn Malta u n-Namibja jmorru lura għal qabel id-disgħinijiet

Malta dejjem kienet minn ta’ quddiem biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi barranin. Fil-każ tan-Namibja, il-Professur Guido de Marco kien strumentali ħafna fis-sapport tal-Indipendenza għan-Namibja. Il-President Emeritus ta’ pajjiżna dak iż-żmien kien il-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Dom Mintoff ġab flimkien in-naħa taż-Żimbabwe biex jippreżentaw front komuni. Mintoff u De Marco…