Jitnieda “An eARThistic Easter” 2026 fl-Esplora: esperjenza STEAM li tgħaqqad ix-xjenza man-natura u l-kreattività

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, flimkien mad-Direttur tal-Esplora Vince Micallef Pulè, nedew il-programm “An eARThistic Easter” 2026 – programm estensiv ta’ attivitajiet tal-Għid li se jsiru fiċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza Esplora, b’enfasi fuq l-esplorazzjoni tan-natura permezz tax-xjenza u l-arti. Il-programm se jsir bejn is-6 u t-12 ta’ April 2026 u huwa mibni…

Esplora tniedi Karta Festa 2026 – programm tax-xjenza ispirat mill-Karnival

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, nieda l-inizjattiva Karta Festa 2026, programm imtella’ miċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora u ispirat mit-tradizzjoni tal-Karnival Malti. It-tnedija, li saret f’maħżen tal-Karnival fil-Marsa, saħqet fuq ir-rabta bejn il-kreattività, l-artiġjanat u l-ispirtu komunitarju li jikkaratterizzaw kemm il-Karnival kif ukoll l-esplorazzjoni xjentifika. Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari…