Imnedija s-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-fond Rock’N Malta 2026, b’allokazzjoni totali ta’ miljun ewro.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, spjega li dan il-fond għandu l-għan li joffri appoġġ lill-organizzaturi, promoturi, u artisti jew bands involuti fix-xena tal-mużika rock f’Malta. Il-fond qed jiġi amministrat minn Festivals Malta. Il-Ministru Bonnici qal li din l-inizjattiva tkompli tissaħħaħ il-mużika rock fil-pajjiż u toħloq aktar opportunitajiet għal artisti lokali biex juru…