Dalwaqt ikun imniedi l-ktieb Frak Mill-Istorja – Ta’ Evarist Bartolo
Evarist Bartolo ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, kemm bħala politiku u wisq anqas bħala riċerkatur tal-istorja ta’ niesna. Kontinwament fuq bażi ta’ kuljum, itella’ kitbiet fil-qosor dwar ġrajjiet, mument u episodji mill-istorja tagħna. Hemm minnhom togħxa titgħallem dwarhom u xi minn daqqiet, titkexkex għaliex tinduna li l-passat tagħna ma kienx dejjem kollu ward u żahar.…
