Restawr Ta’ Knejjes U Opri Artistiċi Mill-Arċidjoċesi Maltija

Fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta tħabbar li din se tidħol għal xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ għaxar proġetti addizzjonali mas-17-il proġett li diġà tħabbru s-sena li għaddiet, b’investiment totali ta’ madwar €4 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti jinkludu r-restawr strutturali tal-knejjes kif ukoll il-konservazzjoni ta’ diversi opri tal-arti, fosthom…

Pittura Mmermra Attribwita Lil Francesco Zahra Salvata Milli Tintilef

Pittura allegorika attribwita lil Francesco Zahra, li tiddekora s-saqaf tal-Kappella ta’ San Kalċedonju, fil-Kurja tal-Arċisqof (Casa Manresa) fil-Furjana, kienet qrib li tintilef kompletament minħabba l-ħsarat estensivi li din kellha. Amy Sciberras u t-tim tagħha ġew fdati b’dan il-proġett diffiċli ta’ konservazzjoni u restawr. Din is-sitwazzjoni kienet titlob trattamenti ta’ emerġenza li kellhom isiru fuq il-post,…