Isimgħu Liż-Żabbari Fredu Abela ‘Il-Bamboċċu’

Fredu Abela mlaqqam ‘il-Bamboċċu‘ kien wieħed mill-ftit għannejja Maltin li ħallew impatt fuq l-iżvilupp tal-għana Maltija. Twieled f’Ħaż-Żabbar fid-19 ta’ April tal-1944 u ħalla din id-dinja fid-9 ta’ Novembru 2003. Għall-bidu kien jaħdem bħala kunduttur fuq il-karozzi tal-linja u minħabba l-figura tiegħu, tlaqqam il-bamboċċu. Malli għalaq il-15- il sena beda jkanta ma’ zijuh: Salvu Darmanin…