Jibda proġett ta’ restawr ta’ €3 miljun fil-Ġonna ta’ San Anton

Il-Ġonna ta’ San Anton bdew jgħaddu minn proġett estensiv ta’ konservazzjoni, manutenzjoni u restawr b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun, bil-għan li jitħares wieħed mill-aktar ġonna storiċi u prestiġjużi f’Malta. Waqt żjara fuq il-post flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u uffiċjali ta’ Project Green, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli spjegat li dan il-proġett juri…

Marsaskala Tkompli Tissebbaħ bl-Inawgurazzjoni tal-Ġnien tal-Fajtata

Inawgurat il-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala wara xogħlijiet estensivi ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni li taw ħajja ġdida lil din iż-żona popolari mal-familji u r-residenti. Dan il-proġett jifforma parti minn sensiela ta’ investimenti infrastrutturali li għaddejjin bħalissa f’Marsaskala sabiex il-lokalità tkun aktar moderna, aċċessibbli u attraenti għal kulħadd. Ix-xogħol fil-ġnien jinsab qrib il-Bajja ta’ San Tumas, fejn ukoll…

Jibdew ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid fil-Mellieħa li se jservi madwar 3,000 resident

Bdew ix-xogħlijiet fuq ġnien ġdid fi Triq il-Għasel fil-Mellieħa, fuq medda ta’ art ta’ madwar 2,000 metru kwadru f’żona residenzjali, b’għan li jinħoloq spazju miftuħ ta’ kwalità għall-komunità. Matul żjara fuq il-post, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħabbru dan il-proġett, li mistenni jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-inħawi. Bħalissa…