Bil-Filmat: “Ejja Ngħinu Lil Xulxin Biex Inkunu Kuntenti” – L-Isqof Elett T’Għawdex
Fl-ewwel messaġġ tiegħu b’mod virtwali, l-Isqof Elett tal-gżira Għawdxija wassal messaġġ ta’ tama u pożittività fejn appella biex ngħinu lil xulxin inkunu kuntenti. “B’hekk inkunu sinjuri…” tenna l-Isqof, il-Monsinjur Anton Teuma. L-għan tiegħu huwa li nimxu flimkien, mhux wieħed quddiem u wieħed wara iżda flimkien lejn l-hena, lejn il-persuna ta’ Ġesù. Hekk qal l-Isqof Teuma…