Aktar minn 200 attività mifruxa fuq sena sħiħa minn Heritage Malta

Heritage Malta ħabbret il-Kalendarju tal-Attivitajiet tagħha għall-2026, programm estensiv b’aktar minn 200 attività li matul is-sena kollha se jqarrbu lill-pubbliku lejn il-patrimonju Malti b’mod esperjenzjali, parteċipattiv u miftuħ għal kulħadd. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-kalendarju juri kif il-wirt kulturali mhux biss jiġi mħares, iżda wkoll jitwassal b’mod ħaj…