Kunċert ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-Kottonera

Għal sena oħra se jittella’ l-kunċert tradizzjonali ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena f’Baċir Nru 1 fil-Kottonera. Din l-attività saret sinonima mal-bidu tas-sena l-ġdida, hekk kif matul dawn l-aħħar snin il-Fondazzjoni Kottonera dejjem assigurat li torganizza avveniment ta’ livell għoli biex isellem is-sena li tkun għaddejja u jilqa’ dik li ġejja. Id-dettalji dwar il-kunċert tħabbru waqt konferenza…