Kollox lest għal A Night at The Movies II: Serata ta’ mużika u emozzjoni

Sa anke dan il-ħin bħalissa, għaddejjin l-aħħar preparamenti għar-raba’ edizzjoni tal-kunċert annwali A Night at The Movies II mis-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, li għada, is-Sibt 22 ta’ Novembru 2025, se jsir fit-Teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara. Wara s-suċċess tal-edizzjonijiet ta’ qabel, il-Banda Peace se terġa’ toffri spettaklu li ċert li jolqot lil kull min…