Aktar minn €3 miljun f’investiment għal proġetti fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mad-Direttur Ġenerali Emile Vassallo, ħabbru pakkett ta’ investiment għal diversi proġetti li se jitwettqu mill-Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex. L-għan ewlieni ta’ dawn l-inizjattivi huwa li tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tal-komunitajiet. Permezz ta’ din l-iskema, il-Kunsilli Lokali jippreżentaw huma stess proġetti li jindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti…

