Jiftaħ il-Padiljun Malti fil-Biennale ta’ Venezja 2026

Infetaħ uffiċjalment il-Padiljun ta’ Malta fil-61 edizzjoni ta’ La Biennale di Venezia 2026, fejn pajjiżna qed jipparteċipa b’wirja artistika kontemporanja li tpoġġi lill-artisti Maltin fuq pjattaforma internazzjonali prestiġjuża. Il-padiljun Malti, bl-isem No Need to Sparkle: Experiments in Love and Revolution, jinsab fl-Arsenale u jiġbor flimkien ix-xogħlijiet tal-artisti Adrian MM Abela, Charlie Cauchi u Raphael Vella.…