Il-President ta’ Malta żżur is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-kampanja BOV L-Istrina Piggy Bank. Matul iż-żjara tagħha, il-President kienet akkumpanjata mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, kif ukoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima. Fl-indirizz tagħha lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex huma wkoll jagħmlu parti minn L-Istrina…


