Għaddejjin ix-xogħlijiet biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies
Ix-xogħol biex iż-żona ta’ Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, terġa’ tingħata lura lin-nies qed javvanza b’pass tajjeb. Fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi beda proġett ta’ riġenerazzjoni wara l-ħsarat kbar li ġabet magħha l-maltempata Harry ftit xhur ilu. Din il-maltempata affettwat serjament l-aċċess għall-bajja u wkoll l-islipway li tintuża b’mod partikolari mis-sajjieda. Ix-xogħlijiet bdew wara li ntemmet konsultazzjoni…




