Kapaċi nkunu tal-ewwel fid-dinja – anke fl-arti…

Il-Ġimgħa l-1 ta’ Awwissu ġiet inawgurata wirja ta’ arti fuq manikini bit-titlu Colours in Europe with Maltese Reflections, l-ewwel wirja ta’ din ix-xorta fid-dinja. Is-serata inawgurali nfetħet mill-preżentattriċi Josephine Ebejer Grech, li tat diskors ta’ merħba u introduzzjoni dwar Catwalk Productions International, organizzazzjoni stabbilita li ilha għal dawn l-aħħar 38 sena torganizza avvenimenti kulturali u…