L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ġġib f’Malta l-All Digital Summit – Netwerk Ewlieni Ewropew
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bħalissa qed torganizza l-ALL DIGITAL Summit 2025, flimkien ma’ ALL DIGITAL, netwerk Ewropew ewlieni li jippromwovi l-ħiliet diġitali u l-inklużjoni diġitali madwar l-Ewropa. Is-Summit beda fl-10 u jiġi fi tmiemu għada t-12 ta’ Settembru 2025, u huwa opportunità importanti għall-kunsilli lokali u reġjonali biex jiddiskutu t-trasformazzjoni diġitali, it-tisħiħ tal-komunitajiet permezz tat-teknoloġija, u r-rwol tal-gvern lokali f’soċjetajiet…

