“Menz” ta’ Francis Ebejer – interpretazzjoni ġdida għal żmienna
Id-dramm Menz ta’ Francis Ebejer, li jittratta temi bħall-libertà, il-paċi interjuri u l-assurdità tal-ħajja, se jitwassal għall-ewwel darba mill-Għaqda Dwal Ġodda fl-Ispazju Teatrali tal-Għargħur bejn il-14 u s-16 ta’ Novembru. Il-ħolma tad-dramm tibda meta l-karattru prinċipali, Menz, jidher f’pjazza mingħajr ma jkun ċar għalfejn hemm. Dan il-misteru jwassal biex jibdew jinxterdu x-xnigħat, filwaqt li storja…
