Residenza ġdida ta’ Caritas fin-Naxxar biex tappoġġja l-aħħar fażi tar-riabilitazzjoni mid-droga

Qed jitkompla jissaħħaħ l-appoġġ għal persuni li jkunu temmew programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, hekk kif il-Fondazzjoni Caritas tinsab viċin li tiftaħ residenza ġdida ta’ “after care”. Din ir-residenza, li tinsab fin-Naxxar, hija maħsuba bħala pass importanti bejn ir-riabilitazzjoni u l-ħajja indipendenti. Din il-fażi hija meqjusa fost l-aktar delikati, peress li r-riskju li persuna terġa’ taqa’…

Imnedija pjattaforma online ġdida biex tgħin lin-nies jippjanaw l-irtirar tagħhom

Il-fergħa ĠEMMA fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nediet pjattaforma online ġdida bl-isem RetireSmart, li hija disponibbli b’xejn u maħsuba biex tgħin lin-nies jifhmu aħjar x’jistgħu jistennew mill-pensjoni futura tagħhom, filwaqt li tħeġġeġ ippjanar finanzjarju aktar għaqli għall-futur. RetireSmart hija disponibbli kemm bħala app kif ukoll bħala sit elettroniku u taħdem bħala kalkulatur…

Imnedija l-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol b’viżjoni ta’ ħames snin

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nieda uffiċjalment il-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol, dokument strateġiku li jkopri perjodu ta’ ħames snin u li ġie aġġornat biex jirrifletti r-realtajiet u l-isfidi attwali relatati mal-konsum tal-alkoħol f’pajjiżna. L-għan ewlieni ta’ din il-politika huwa li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti negattivi tal-alkoħol fuq is-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll…