X’Kien Ġara Bħal-Lum Fil-Ħamrun?

Minkejja li f’Malta daħlu bosta drawwiet ġodda u influwenzi barranin maż-żmien, fir-rigward taċ-ċelebrazzjoni tal-Milied, il-poplu tagħna għadu jgħożż sew dawn il-jiem. Għal ħafna anzjani u anke dawk iżgħar fl-età, il-Milied jibqa’ mument reliġjuż u qaddis. Lura fl-istorja, kienu d-Dumnikani tal-Belt Valletta li fi żmien il-Kavallieri bdew jagħmlu n-Novena. Dawn kienu disat ijiem ta’ tħejjija għall-Milied…