Minn Pjazza għal Pjazza jerġa’ b’edizzjoni ġdida li tħeġġeġ il-ħajja kulturali fil-qalba tal-lokalitajiet

Tħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-inizjattiva “Minn Pjazza għal Pjazza”, li se terġa’ tagħti ħajja lill-pjazez f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fix-xhur li ġejjin. Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali se tkompli tappoġġja finanzjarjament sensiela ta’ attivitajiet organizzati flimkien mal-Kunsilli Lokali, b’interess qawwi hekk kif 43 kunsill applikaw biex jipparteċipaw. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Owen…